Rechtsbibliothek und Fallanalyse · Österreich · Belgien · Europäische Union
LAWxPERT Anmelden Kostenloses Konto

S.L. 327.384 · sl/327.384 (S.L. 327.384)

S.L. 327.384 Art. 7Dissertazzjoni.

In KraftAmtlicher Text

(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali ta’ madwar 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord.

(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur mill-Bord, li għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’ studju.

(3) It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-Bord sal-aħħar tal-ewwel semestru.