Rechtsbibliothek und Fallanalyse · Österreich · Belgien · Europäische Union
LAWxPERT Anmelden Kostenloses Konto

S.L. 327.384 · sl/327.384 (S.L. 327.384)

S.L. 327.384 Art. 6Valutazzjoni u progress.

In KraftAmtlicher Text

(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-tagħlim tat-taqsima studju.

(2) Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu fil-valutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time, jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fil-valutazzjonijiet li weħlu minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.

(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess skont il-paragrafu (2), jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju, jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.