Rechtsbibliothek und Fallanalyse · Österreich · Belgien · Europäische Union
LAWxPERT Anmelden Kostenloses Konto

S.L. 327.384 · sl/327.384 (S.L. 327.384)

S.L. 327.384 Art. 8Supervi\ur.

In KraftAmtlicher Text

(1) L-istudenti jkunu meħtieġa jżommu kuntatt regolari mas-superviżur tagħhom.

(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studji, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (a) jittawwal il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew

(b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li:

(i) l-estensjoni tal-perijodu ta' studju msemmija f’(a) tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali; u

(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont

(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent biex jiddefendi l-każ tieghu.