Rechtsbibliothek und Fallanalyse · Österreich · Belgien · Europäische Union
LAWxPERT Anmelden Kostenloses Konto

S.L. 327.384 · sl/327.384 (S.L. 327.384)

S.L. 327.384 Art. 1Titolu u tifsir. L.S. 327.328

In KraftAmtlicher Text

(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għall-Grad ta’ Master of Science in Reproductive Health taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija

(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx mod ieħor -"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;

"il-Grad" tfisser il-grad ta’ Master of Science in Reproductive Health;

"il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’ Master of Science in Reproductive Health;

"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Reproductive Health; u

"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.